Great Siege Victory Monument
Navigate Up
Sign In

Great Siege Victory Monument


Location: Il-Birgu

​​
The Great Siege Victory monument is found in Vittoriosa’s Victory Square. The Victory monument was erected in 1705 in memory of the victory of the Great Siege of 1565. The years leading to the Great Siege saw the Maltese islands being under constant threat from the Ottoman empire. In fact, in 1556 the Ottomans captured the residents of Gozo and took them into slavery. In May 1565 an Ottoman fleet of about 40 thousand men arrived in Malta. The knights and the Maltese were heavily outnumbered with 700 knight and 8000 Maltese. The Turks first attacked Fort St Elmo, but it took them more than they expected to win the fort whilst it also cost them the lives of 8000 men. After the battle in Fort St Elmo, they turned their eyes to Fort St Angelo however the fort never surrendered. In September, the long-awaited relief forces finally arrived in Malta. Having seen this, the Turkish troops retreated from the island. After nearly 4 months of constant battles, the Great Siege ended on 8th September 1565. The Maltese received the admiration of Christian Europe and funds to build better defence to safeguard the Maltese islands. Today the Great Siege Victory monument stands in Victory Square to commemorate the heroic fight of the Maltese and the knights against the Ottoman empire. In collaboration with Kottonera Foundation.
 
Il-monument tal-Vitorja li jinstab f’Misraħ ir-Rebħ fil-Birgu twaqqaf fl-1705 b’tifkira tar-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565. Is-snin ta’ qabel l-Assedju l-Kbir raw lil-gżejjer Maltin taħt theddida kostanti mill-imperu Ottoman. Fil-fatt, fl-1556 l-imperu Ottoman qabad ir-residenti ta’ Għawdex u ħadhom skjavi. F’Mejju 1565 waslet Malta flotta Ottomana ta’ madwar 40 elf raġel. Il-kavallieri u l-Maltin kienu ħafna inqas mit-torok hekk kif kien hemm 700 kavallier u 8000 Malti. It-torok l-ewwel attakkaw il-Forti Sant’Iermu, iżda ħadilhom ħafna aktar milli stennew biex jirbħu l-forti. Barraminnhekk, din il-battalja swiethom il-ħajja ta’ 8000 raġel. Imbagħad dawru għajnejhom lejn il-forti Sant Anġlu, madankollu l-forti qatt ma ċeda. F'Settembru, il-forzi ta' għajnuna tant mistennija waslu finalment f'Malta. Meta raw dan, it-truppi torok irtiraw mill-gżira. Wara kważi 4 xhur ta' battalji kostanti l-Assedju l-Kbir intemm fit-8 ta' Settembru 1565. Il-Maltin irċevew l-ammirazzjoni tal-Ewropa Nisranija u rċevew ukoll fondi biex jibnu difiża aħjar ħalli jissalvagwardjaw il-gżejjer maltin. Illum Il-monument tal-Vitorja jinsab f’Misraħ ir-Rebħ biex ifakkar il-ġlieda erojka tal-Maltin u l-kavallieri kontra l-imperu Ottoman.B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera.