Santa Scolastica Church
Navigate Up
Sign In

Santa Scolastica Church


Location: Santa Skolastika, Birgu

​​
The monastery of Santa Scolastica is a monastery in Vittoriosa dedicated to Santa Scolastica. The monastery was founded on the initiative of Bishop Jaymo de Valguanera. In 1604, the Grand Master offered an empty palace to be used as a monastery. Many young women went to live in the monastery, thus in time the building became too small to accommodate all those people. Hence, they asked to move to the old infirmary as it had stopped functioning since the knights moved to Valletta. In 1680, the church of the monastery was built on the designs of Lorenzo Gafà. The church was built on the Baroque style and it was funded by a noble woman named Donna Aloisietta Dorel Pecos. The church was blessed on 14th July 1680 by the general vicar Famucelli. Few alterations were made to the church including the construction of a new bell tower in 1694, the building of the sacristy in 1739 and the enlargement of the presbytery in 1748. The church was consecrated by Bishop Latini on 29th September 1787. The monastery and the church are listed on the National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. In collaboration with Kottonera Foundation.
 
Il-monasteru ta’ Santa Skolastika huwa monasteru fil-Birgu ddedikat lil Santa Skolastika. Il-monasteru twaqqaf fuq l-inizjattiva tal-Isqof Jaymo de Valguanera. Fl-1604, il-Gran Mastru offra palazz vojt biex jintuża bħala monasteru. Diversi xebbiet marru jgħixu fil-monasteru, u b’hekk il-bini sar żgħir wisq biex jakkomoda lil dawk in-nies kollha. Għalhekk, huma talbu li jmorru joqgħodu fl-infermerija l-qadima minħabba li kienet waqfet taħdem minn meta l-kavallieri marru l-Belt. Fl-1680, il-knisja tal-monasteru nbniet fuq id-disinji ta’ Lorenzo Gafà. Il-knisja nbniet fuq l-istil Barokk u kienet iffinanzjata minn mara nobbli bl-isem ta’ Donna Aloisietta Dorel Pecos. Il-knisja ġiet imbierka fl-14 ta’ Lulju 1680 mill-vigarju ġenerali Famucelli. Fil-knisja saru xi tibdiliet fosthom il-kostruzzjoni ta' kampnar ġdid fl-1694, il-bini tas-sagristija fl-1739 u t-tkabbir tal-presbiterju fl-1748. Il-knisja ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Latini fid-29 ta' Settembru 1787. Il-monasteru u l-knisja huma elenkati fl-Inventarju Nazzjonali tal-Propjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin. B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera.