The Collachio Area
Navigate Up
Sign In

The Collachio Area


Location: Il-Birgu

​​
When the knights of St John arrived in Malta, they moved to Birgu to live in the inner harbour area so that they could be close to their fleet. They moved to a particular area in Birgu which became known as the Collachio. Here they followed the same pattern of their Rhodes sojourn where they had their own private zone, but in Birgu it was impossible to have exclusive access to the Collachio. In this area the knights built their auberges such as the Auberge of France and Auberge of England which are both still intact. They also built palaces namely the Inquisitor’s Palace and on the outskirts of the Collachio they built a hospital named La Sacra Infermeria that contained Mattia’s Preti Holy Family painting whilst it still features L’Isle Adam’s armorial shield which dates back to 1533. Behind St James Cavalier the knights built a remarkable armoury along with the fortification of the Post of Castille which was also known as l’Altare della Patria. It was in the Collachio that the famous brothers Melchiore and Lorenzo Gafà had their botteghe and where a young Girolamo Cassar got his inspirations for his designs in the new capital city Valletta. This ancient area is full of history and memories where one can see different cultures unfolding, ranging from the Middle Ages to the Renaissance and the Baroque with evident remains that gave Malta its typical domestic architecture.In collaboration with Kottonera Foundation
 
Meta l-kavallieri ta’ San Ġwann waslu Malta marru joqgħodu l-Birgu biex jgħixu fl-inħawi tal-port intern sabiex ikunu viċin il-flotta tagħhom. Huma marru joqogħdu f'żona partikolari fil-Birgu li saret magħrufa bħala l-Collachio. Hawnhekk huma segwew l-istess mudell tas-soġġorn tagħhom f'Rodi fejn kellhom żona privata riservata għalihom, iżda fil-Birgu kien impossibbli li jkollhom aċċess esklussiv għall-Collachio. F’din iż-żona l-kavallieri bnew il-bereġ tagħhom fosthom il-Berġa ta’ Franza u l-Berġa tal-Ingilterra li tnejn li huma għadhom intatti. Huma bnew ukoll palazzi bħal Palazz tal-Inkwiżitur u fil-periferija tal-Collachio bnew sptar bl-isem ta’ La Sacra Infermeria li kien fih il-pittura ta’ Mattia Preti tal-Familja Mqaddsa filwaqt li għad għandu t-tarka armali ta’ L’Isle Adam li tmur lura għall-1533. Wara St James Cavalier il-kavallieri bnew armerija notevoli flimkien mal-fortifikazzjoni tal-Prexxa li kienet magħrufa wkoll bħala l'Altare della Patria. Kien fil-Collachio li l-aħwa famużi Melchiore u Lorenzo Gafà kellhom il-botteghe tagħhom u fejn iż-żagħżugħ Girolamo Cassar kiseb l-ispirazzjonijiet tiegħu għad-disinji tiegħu fil-belt kapitali l-ġdida Valletta. Din iż-żona antika hija mimlija storja u memorji fejn wieħed jista' jara kulturi differenti jiżvolġu, li jvarjaw mill-Medju Evu għar-Rinaxximent u l-Barokk bi fdalijiet evidenti li taw lil Malta l-arkitettura domestika tipika tagħha. B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera.