Kottonera Foundation
Navigate Up
Sign In

Kottonera Foundation


Location: Isla

​​The Kottonera Foundation was founded in 2020. One of its main objectives is to improve the environmental and social standards in the inner harbour area. Its focus is on the localities that form part of Cottonera which are: Cospicua, Vittoriosa, Senglea (also known as the Three Cities) and the nearby locality, Kalkara. The vision of the Foundation is based on three pillars which are those of Improving Social Capital, Upgrading the Urban Environment, and Increasing Business Attractiveness. The Kottonera Foundation aims to achieve further social renewal through measures targeted towards empowering the people of Cottonera. One of the Foundation’s principal objectives is to underline the importance of cultural heritage and instigate more cultural infrastructure and activities to attract more visitors to Cottonera. Furthermore, it also seeks to attract appropriate business uses to Cottonera along with auxiliary services such as catering establishments and other facilities for residents, employees, and tourists. The Kottonera Foundation seeks to identify ways through which to create better suitable attractions within Cottonera. It facilitates collaboration between businesses with the scope of rendering Cottonera as an attractive live-work location. Moreover, it coordinates and ensures effective implementation of all the measures in line with reasonable and timely targets. In collaboration with Kottonera Foundation.
 
Il-Fondazzjoni Kottonera twaqqfet fl-2020. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li ttejjeb l-istandards ambjentali u soċjali fiż-żona tal-port intern. L-enfasi tagħha hija fuq il-lokalitajiet li jagħmlu parti mill-Kottonera li huma: Bormla, il-Birgu, l-Isla (magħrufa wkoll bħala t-Tliet Ibliet) u l-lokalità fil-viċin, il-Kalkara. Il-viżjoni tal-Fondazzjoni hija bbażata fuq tliet pilastri li huma dawk tat-Titjib tal-Kapital Soċjali, Titjib tal-Ambjent Urban u Żieda fl-Attrattività tan-Negozju. Il-Fondazzjoni Kottonera għandha l-għan li tikseb aktar tiġdid soċjali permezz ta’ miżuri mmirati lejn l-għoti ta’ setgħa lin-nies tal-Kottonera. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Fondazzjoni huwa li tenfasizza fuq il-ħtieġa li l-beni kulturali jintużaw tajjeb għall-vantaġġ tan-nies u biex jitkabbar l-għarfien ħalli tattira aktar viżitaturi lejn il-Kottonera. Barra minn hekk, tfittex ukoll li tattira użi kummerċjali xierqa lejn il-Kottonera flimkien ma' servizzi awżiljarji bħal stabbilimenti tal-catering u faċilitajiet oħra għar-residenti, impjegati u turisti. Il-Fondazzjoni Kottonera tfittex li tidentifika modi li permezz tagħhom toħloq attrazzjonijiet aħjar fil-Kottonera. Il-fondazzjoni tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn in-negozji bl-iskop li tirrendi l-Kottonera bħala post attraenti fejn wieħed jgħix u jaħdem. Barra minn hekk, tikkoordina u tiżgura implimentazzjoni effettiva tal-miżuri kollha f'konformità ma miri raġonevoli u f'waqthom. B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera.