Esplora
Navigate Up
Sign In

Esplora

 Location: Villa Bighi Dawret Fra Giovanni Bichi, Kalkara, 


Esplora – the National Interactive Science Centre, opened its doors to the public on the 28th October 2016. The complex was formerly used as a hospital by the Royal Navy. Esplora promotes informal science learning through a hands-on approach. It is the first project of its kind in Malta and is administered by the Malta Council for Science and Technology. It seeks to cultivate scientific curiosity and imagination by triggering a passion for questioning and investigating. Esplora projects science as being fun, exciting, and enjoyable as it gives visitors the opportunity to understand science at their own pace. It has vast indoor and outdoor spaces that are interconnected following extensive and noteworthy restoration works. The exhibition halls and the landscaped gardens contain over 200 exhibits. Furthermore, there is an Activity Centre where visitors can take part in hands-on workshops and science shows. One of the biggest attractions is the Planetarium which features a full colour 4K theatre system. In the Planetarium, one can watch full-dome shows and live presenter-led visualizations of astronomy and other sciences. Moreover, an exhibition about the Universe with a particular focus on the Cosmos and Life in Space is on display in the adjacent Universe Building. 
 
 
L-Esplora - iċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza Interattiva, fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku fit-28 ta’ Ottubru 2016. Il-kumpless kien jintuża qabel bħala sptar min-Navy Irjali. L-Esplora tippromwovi t-tagħlim informali tax-xjenza permezz ta’ metodi li jinkoraġġixxu l-interazzjoni. Huwa l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu f’Malta u huwa amministrat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Jaspira li jikkultiva l-kurżità xjentifika u l-immaġinazzjoni billi jqanqal passjoni għall-interrogazzjoni u l-investigazzjoni. L-Esplora jippreżenta x-xjenza bħala divertenti, eċċitanti, u pjaċevoli għax jagħti lill-viżitaturi l-opportunità li jifhmu x-xjenza bil-pass tagħhom. Għandu spazji vasti fuq barra u ġewwa li huma interkonnessi b’riżultat ta’ xogħlijiet ta’ restawr estensivi u notevoli. Is-swali tal-wirjiet u l-ġonna tal-pajsaġġ fihom aktar minn 200 esebit. Barra minn hekk, hemm Ċentru tal-Attivitajiet fejn il-viżitaturi jistgħu jieħdu sehem f’sessjonijiet prattiċi u wirjiet tax-xjenza. Wieħed mill-akbar attrazzjonijiet huwa l-Planetarju li fih sistema ta’ teatru mgħammra b’teknoloġija 4K. Fil-Planetarju, wieħed jista’ jara wirjiet viżwali proġettati fuq il-koppla tiegħu u sessjonijiet diretti mmexxija minn preżentaturi dwar l-astronomija u xjenzi oħra. Barra minn hekk, għall-wiri hemm esebizzjoni iffukata fuq l-Univers u l-Ħajja fl-Ispazju fil-biswit Bini tal-Univers. B’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Kottonera.