Villa Portelli
Navigate Up
Sign In

Villa Portelli


Triq Marina, Il-Kalkara,

​​​At the end of the 18th century, Sir Agostino Portelli, the founder of the Malta Chamber of Commerce, came with the idea of building a villa in Kalkara. He made this decision because of the French Blockade of 1798 when the Maltese were fighting with their oppressors; thus, he thought it was better to leave Valletta and live in the open country. The villa was completed in the beginning of the 19th century and was named Villa Portelli after Sir Agostino Portelli. During the Second world War, the villa became the official residence of the Malta Flag Officer. Then in 1961 it became the official residence of Sir Douglas Eric Holland-Martin. The villa has large gardens which reach the sea on one side, while on the other side it has a lovely terrace which overlooks Villa Bighi. In 1979 the Commander British Forces Malta, Rear Admiral O.N.A. Cecil, left Villa Portelli for the last time. The moving out of the official residence was part of the programmed British Military withdrawal from Malta. On 30th January 1979, Villa Portelli was handed over to the Maltese Government and today it serves as the Maritime Institute of Malta.  

Fl-aħħar tas-seklu 18, Sir Agostino Portelli li kien il-fundatur tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Malta, ħareġ bl-idea li jibni villa fil-Kalkara. Huwa ħa din id-deċiżjoni minħabba l-Imblokk Franċiż tal-1798 meta l-Maltin kienu qed jiġġieldu mal-oppressuri tagħhom; għalhekk huwa ħaseb li kien ikun aħjar li jitlaq mil-Belt Valletta u jmur jgħix fil-kampanja. Il-villa tlestiet fil-bidu tas-seklu 19 u ġiet imsemmija Villa P
ortelli għal Sir Agostino Portelli. Waqt it-Tieni Gwerra Dinija, din il-villa saret ir-residenza uffiċjali tal-Uffiċjal tal-Baniera ta’ Malta. Fl-1961 saret ir-residenza uffiċjali ta' Sir Douglas Eric Holland-Martin. Il-villa għandha ġonna kbar li jilħqu l-baħar fuq naħa waħda, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra għandha terrazzin sabiħ li jagħti fuq Villa Bighi. Fl-1979 il-Kmandant tal-Forzi Ingliżi ta’ Malta, il-Kontrammirall O.N.A. Cecil, telaq minn Villa Portelli għall-aħħar darba. It-trasferiment tar-residenza uffiċjali kien parti mill-irtirar programmat tal-Militari Ingliż minn Malta. Fit-30 ta' Jannar 1979, Villa Portelli ġiet mgħoddija lill-Gvern Malti u llum isservi bħala l-Istitut Marittimu ta' Malta​