DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI DEPARTMENT OF INFORMATION MALTA
Press Release
PR191324 14.06.2019
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
Imnedija wirja informattiva
dwar sejbiet arkeoloġiċi
Il-Ministru
għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici għadu kif fetaħ wirja ta’
jumejn organizzata mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li taqa’ fi
ħdan il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Din il-wirja ta’
natura informattiva tħares lejn l-arkeoloġija u l- proċess tagħha, is-sejbiet
arkeoloġiċi u l-metodi użati.
Waqt it-tnedija, il-Ministru stqarr li, “grazzi għal inizjattivi ta’ din is-sura,
qed nibdew proċess
li bis- saħħa tiegħu qed inkomplu
nedukaw u nipprovdu
aktar informazzjoni lill-pubbliku dwar l-istorja u l-
wirt tagħna. Din il-wirja tħares lejn skoperti li saru minn arkeoloġisti u
jkomplu jitfgħu dawl u jipprovdu aktar informazzjoni fuq il-passat tagħna.
Bħala gvern aħna impenjati biex nagħmlu l- kultura u l-wirt tagħna aktar
aċċessibbli u permezz ta’ din il-wirja qed nagħtu l-opportunità lill- pubbliku biex jara l-proċess
ta’ meta jinstab
oġġett ta’ valur storiku u l-proċess li jgħaddi minnu qabel
ma dan jiġi esibit f’mużew.”
Il-wirja hija
wkoll opportunità tajba biex jiġi sottolineat ix-xogħol arkeoloġiku lil hinn
mill- mużewijiet u tinkludi
wkoll elementi varji
tax-xogħol li jsir fil-proċess arkeoloġiku, speċjalment mill-
mument li jinstabu dawn l-oġġetti. L-oġġetti normalment ma jkollhomx
indikazzjoni ta’ min kienu, għalxiex kienu jintużaw u għala nstabu hemm u jkunu
miksija trab jew tajn. Il-wirja qed tgħin ukoll biex jintefa’ dawl fuq
ix-xogħol arkeoloġiku minħabba li fdalijiet ta’ din is-sura jiġu skavati b’mod
xjentifiku b’tekniċi speċifiċi. Dawn imbagħad jiġu dokumentati u mħarsa
mis-Sovrintendenza biex issir ir-riċerka meħtieġa biex l-oġġett jiġi konservat
u eventwalment ippubblikat.
Il-wirja
tifforma part mill-inizjattiva ‘Jiem l-Arkeoloġija fl-Ewropa’, li bdiet fi
Franza fl-2010 biex tippromwovi aktar ix-xogħol li jsir minn entitajiet li
jieħdu ħsieb l-arkeoloġija, biex tingħata idea dwar xiex inhu x-xogħol
arkeoloġiku filwaqt li hija opportunità biex tingħata informazzjoni lill-
pubbliku dwar is-sejbiet u l-kunċetti arkeoloġiċi.
Il-wirja ‘Jiem
tal-Arkeoloġija fl-Ewropa’ qed tittella’ f’Bieb il-Belt, il-Belt Valletta fl-14
u fil-15 ta’ Ġunju.
Attachments:
photos Page: 1 of 1
3,
CASTILLE PLACE, VALLETTA VLT 2000 Tel +(356) 2200 1700 Fax +(356) 2200 1775

