Ghanja tal-Poplu 2022
Navigate Up
Sign In
L-GĦANJA TAL-POPLU 2022 - FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA

Data: Is-Sibt 30 ta' Lulju 2022

Ħin: 20:45hrs

Venue: Pjazza Teatru Rjal

Tickets: €15 - €20



L-Għanja tal-Poplu 2022 se tittella’ fit-30 ta’ Lulju 2022 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra komposta minn 40 mużiċist, taħt id-direzzjoni ta' Maestro Paul Abela.  F'din is-serata se jieħdu sehem 16-il kanzunetta finalista.  Is-serata se titella' fit-teatru miftuħ ta' Pjazza Teatru Rjal fil-qalba tal-Belt Valletta. Il-Festival jagħlaq bit-tħabbir tar-rebbieħa u l-premjazzjoni. 


Il-Kantanti finalisti huma: Graziana Axisa, Daniel Sammut, Alexia Micallef, MARA, Sarah Micallef Muscat, Neville Refalo, Ryan Grech, Marija Bellia, Dominic Cini, Martina Fenech u Esther Spiteri, Philip Vella, Karen DeBattista u Dan, Mark Spiteri Lucas, Rita Pace u Tikka Banda, Eliana Gomez Blanco, Mireille Rose Borg.


Mistieden Speċjali: Tony Camilleri


Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.


Aktar informazzjoni tinstab fis-sit www.ghanjatalpoplu.org.


tickets.png



ghanja tal-poplu poster 2022.jpg