Navigate Up
Sign In

Mobile Apps

Kultura Malta

 
Kultura Malta hija l-mobile app uffiċjali dwar avvenimenti kulturali organizzati minn entitajiet pubbliċi madwar Malta u Għawdex. Il-kalendarju huwa dejjem aġġornat u l-utent jista’ jara l-attivitajiet disponibbli b’mod kronoloġiku jew jagħżel skond id-data u l-kategorija. Informazzjoni dettaljata dwar kull avveniment tinkludi min hu l-organizzatur, id-dati, prezzijiet, post u l-udjenza fil-mira. L-utent jista’ jissottoskrivi fl-avvenimenti li jinteressawh u b’hekk jirċievi kull notifika dwarhom. Hemm ukoll l-għażla li wieħed jista’ jibgħat kummenti dwar l-avveniment lill-organizzaturi mill-mobile app stess.

 

 
Valletta 2018

 
Il-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 huwa kalendarju mimli b’avvenimenti li jattenduhom diversi udjenzi u demografiji. Din l-app tgħaqqad l-utenti mal-Fondazzjoni f’ħin reali. Minn naħa, dawk li jużaw l-app jieħdu vantaġġ minn esperjenza iktar aċċessibbli u min-naħa l-oħra, il-Fondazzjoni tiġbor minjiera ta’ dejta azzjonabbli dwar l-udjenzi fil-mira tagħha, l-attivitajiet tagħhom u kif iħossuhom.
 
L-għan tal-app hu li toħloq valur għall-udjenza ta’ Valletta 2018 (Valletta18). Din l-app se sservi bħala gwida ta’ daqs ċkejken f’ħin reali għall-avvenimenti li jsiru f’diversi postijiet madwar Malta u Għawdex.
Dak li jkun jista’ jaqsam l-avvenimenti tal-Programm Kulturali mal-ħbieb permezz ta’ Facebook Messenger, b’SMS, b’WhatsApp u apps oħra komuni li jibagħtu l-messaġġi. Dan huwa importanti ħafna biex il-ħażna ta’ dawk li jużaw l-app tikber u jintlaħqu iktar udjenzi, filwaqt li jiżdiedu l-kuxjenza u l-attendenza għall-attivitajiet tal-Programm Kulturali.
 
Dawk li jużaw l-app jistgħu jfasslu l-ordni ta’ kif jidhru l-attivitajiet billi jagħżlu kategoriji diversi matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni fl-app. L-għażla ta’ kategoriji li jidhru fil-feed se tkun mibnija fuq il-kriterji kurrenti li jidhru fit-taqsima tal-Programm Kulturali fuq is-sit. Dawk li jkunu interessati fl-arti jistgħu jaraw dawn l-avvenimenti l-ewwel u b’hekk l-ordni kif jidhru tkun differenti minn dik ta’ utenti interessati fil-mużika. Din l-għażla wkoll tista’ titħaddem iktar għal għanijiet ta’ riċerka u biex tipprovdi informazzjoni ta’ valur dwar l-interessi tal-pubbliku.
 
L-utenti se jkollhom il-possibbiltà li jżidu avveniment fil-kalendarju tal-mowbajl bħala tfakkira biex ma jitilfux l-avveniment, kif ukoll biex jippjanaw attivitajiet oħra madwaru. Dak li jkun jista’ jimmarka l-avvenimenti favoriti biex jibqa’ aġġornat ma’ bidliet jew aġġornamenti fl-avveniment. 
Permezz tal-push notifications l-utenti jkunu mgħarrfa b’avvenimenti fil-qrib u avvenimenti ġodda miżjuda.