Il-Ministru
Navigate Up
Sign In

Il-Ministru

L-ONOREVOLI OWEN BONNICI - MINISTRU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI.


Minister.jpg
Owen Bonn​ici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Twieled iż-Żejtun – iż-żgħir fost żewġt’aħwa.

Huwa ggradwa b'Baċellerat fl-Istudji Legali u Umanistici (Studji Ewropej) fl-2001 u b'Dottorat fil-Liġi mill-Università ta' Malta fl-2004.  Huwa kompla jistudja biex kiseb ukoll diploma fil-Ġurisprudenza Kanonika fl-2005, mit-Tribunal Ekkleżjastiku Metropolitan.   

Ħadem bħala Avukat fil-prattika privata u jgħallem fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta' Malta bħala teaching associate. Il-Ministru Bonnici mexa 'l quddiem fil-kamp politiku pass pass.  Beda bħala Kunsiller u mbagħad Viċi-Sindku fuq il-lokalità ta' Marsaskala. Ġie elett ukoll diversi drabi bħala membru fuq l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.

Kien elett fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2008 fl-età ta' 27 sena. Dakinhar tal-votazzjoni ta' dik l-elezzjoni ġenerali, hu kien sar missier ta' Ema.  

Bejn l-2008 u l-2013, il-Ministru Bonnici serva ta’ Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, u wara għall-Edukazzjoni Għolja, Università u Riċerka.  Meta nħatar Gvern Laburista fl-2013 hu ngħata l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja u mbagħad, bejn l-2014 sal-2017 serva fil-kariga tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Huwa reġa' ġie elett fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 u ġie kkonfermat mill-ġdid fil-kariga ta' Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali sa ma fl-2020 nħatar Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.  Sussegwentement huwa ngħata r-responsabbilita' tar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Ko-ordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara l-COVID-19 u iktar tard, fis-26 ta’ Marzu 2021, tal-Ugwaljanza b’żieda mar-responsabbilitajiet li kellu.

Fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, Dr Bonniċi ġie elett miż-żewġ distretti li kkontesta fihom u fit-30 ta' Marzu nħatar bhala Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti, u l-Gvern Lokali.

L-ikbar passatemp ta' Owen Bonnici huwa l-futbol u jżomm ma' Southampton FC. Iħobb hafna l-qari, il-mużika, l-arti u l-kultura.

Huwa jgħix ma' Remenda Grech, iż-Żurrieq.

INFORMAZZJONI TA' KUNTATT


  Indirizz
       30, Triq it-Teżorija,
       Valletta, Malta.
       VLT 1512.

  Numru tat-telefon 
       2558 4900/01​

  Indirizz Eletroniku
      owen.bonnici@gov.mt