Navigate Up
Sign In

CULTURE PASS 2019-2020 - SEJĦA TA’ ESPRESSJONI TA’ NTERESS

 
 Id-Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u l-Kunsill Malti għall-Arti jħabbru Sejħa konġunta għal Espressjoni ta' Interess għas-sottomissjoni / proposta ta' avvenimenti ta' natura kulturali u artistika mmirati lejn tfal tal-kindergarten u l-primarja, kif ukoll studenti li jattendu l-iskola sekondarja. L-attivitajiet se jsiru bejn Ottubru 2019 u Ġunju 2020.
Din is-Sejħa hija maħsuba biex tippermetti lill-prattikanti kreattivi jiġġeneraw xogħol affaxxinanti, kreattiv u innovattiv, kemm oriġinali kif ukoll diġà eżistenti, għal udjenzi f'dawn il-kategoriji ta' età (3 sa 16-il sena) u biex tipprovdi opportunità lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jesperjenzaw għall-inqas attività kulturali waħda bħala estensjoni tal-kurrikulu kopert matul is-sena skolastika.
Aktar dettalji jinkisbu fuq is-sit elettroniku www.culture.gov.mt jew minn fuq www.artscouncilmalta.org.  Wieħed jista’ jibgħat imejl fuq culturepass.mjcl@gov.mt.
Data ta’ l-għeluq hi 16 ta’ Awwissu, 2019 f’nofsinhar.

​Dokumenti relatati:
Culture Pass Application Form 2019       .PDF       .DOC
Culture Pass Guidelines 2019 .PDF   .DOC​